ADVICE: The Malta Trust Foundation u FITA b’kollaborazzjoni fl-immaniġġjar ta’ ċentru ta’ dimostrazzjoni għal persuni bi problemi ta’ viżta

L-għaqda non-governattiva ADVICE, li kienet tipprovdi ghajnuna lil persuni bi problemi serji ta’ viżta, xoljiet u ghaddiet  l-apparat tagħha lil The Malta Trust Foundation ħalli b’kollaborazzjoni mal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) tkun tista’ tkompli taghti l-ghajnuna lil persuni b’nuqqas ta’ vista, permezz ta’ apparat li jistghu jitharrgu fuqu dawn il-persuni.

L-ghan ta’ The Malta Trust Foundation f’kollaborazzjoni shiha mal-FITA huwa li jkomplu bl-investiment  f’apparat modern li jassisti tfal, zghazagh u persuni bi problemi ta’ vista.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċini tal-FITA, fejn se jkun qiegħed jinżamm dan l-apparat ghall-assistenza u tahrig lil persuni li jkollhom.

Il-Progett se jżomm l-istess isem ta’ l-NGO ADVICE li kienet ġiet stabbilita lura fl-2015, fejn kellha l-għan li toħloq ċentru li fih ikun hemm apparat teknoloġiku avvanzat li sa dak iż-żmien ma kienx disponibbli f’pajjiżna. Permezz ta’ dan iċ-ċentru, persuni bi problemi ta’ viżta setgħu jaraw x’apparat jeżisti fis-suq, jipprovawh u anke jingħataw is-sapport ta’ kif għandhom jużawh.

Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni li qiegħda titħabbar bejn The Malta Trust Foundation u l-FITA, il-FITA se tkun qiegħda toffri l-ispazju għal dan iċ-ċentru, flimkien mar-riżorsa umani biex jitħaddem meta l-klijenti jkollhom bżonn dimostrazzjoni tal-apparat, min-naħa tagħha The Malta Trust Foundation se tkun qiegħda tara kif tassisti lill-familji li ma jistgħux jaffordjaw jixtru dan l-apparat għal uliedhom permezz ta’ proġett ieħor tagħha bl-isem ta’ e-Cubed.

Barra minn hekk, The Malta Trust Foundation se tkun qiegħda tevalwa l-apparat teknoloġiku li se jkun hemm fil-FITA u tagħmel l-investiment li jkun hemm bżonn biex dan l-apparat dejjem ikun aġġornat.

Bejniethom, The Malta Trust Foundation u l-FITA se joħolqu proċeduri biex jiżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha bi problemi ta’ viżta fil-gżejjer Maltin ikollhom aċċess għal dawn is-servizzi li qegħdin jiġu pprovduti.

Se jkunu wkoll qegħdin jaħdmu flimkien biex jingħata t-taħriġ fil-Braille lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jkollhom bżonn.

Iċ-Chairperson ta’ The Malta Trust Foundation, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li l-kollaborazzjoni hija mehtiega, ghaliex meta nahdmu flimkien, l-impatt u r-rizultati jkunu ferm aktar b’sahhithom u sostennibli, ghal persuni fil-bzonn.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FITA, Carlo Stivala qal li permezz ta’ dan il-ftehim, il-FITA se tipprovdi t-taħriġ neċessarju fuq apparat innovattiv għal persuni b’diżabilitá u vulnerabbli.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti li sostna li l-FITA ilha għal diversi snin taħdem ma’ diversi entitajiet, pubbliċi u privati, biex tipprovdi servizzi lil persuni b’diżabilitá u vulnerabbli.

Barra minn hekk, attendiet ukoll il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli li qalet li dan il-ftehim iħaddem tliet prinċipji importanti, jiġifieri li s-soċjetá Maltija tkompli tħaddan id-drittijiet tal-inklużjoni, ugwaljanza u indipendenza. Saħqet li biex vera nkunu inklussivi, allura rridu nassistu meta vera jkun hemm il-bżonn.

Recent Article

Music Therapist

The Malta Trust Foundation set up an exciting and unique artistic space in Malta called Marchese di Villabianca - Centre for...

Call for Volunteers

The Malta Trust Foundation is looking for volunteers who want to be part of the Programm Tbissima Team. About Programm Tbissima:...

Related Article

Skip to content